Il-Klabb tal-Boċċi ta’ Ħal Għaxaq kellu xahar mill-aqwa fejn kompla jżid mas-suċċess tat-tim tal-kbar fil-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni b’ dak tat-tim taż-żgħażagħ. It-tim ta’ taħt it-18-il sena tagħhom għeleb lill-Klabb tal-Boċċi taż-Żebbuġ bi skor ta’ 21-12 fil-partita finali tagħhom, u b’hekk rebaħ il-Premju Atlas Atleti Żgħażagħ tax-Xahar għall-kategorija lokali t’Ottubru.
Intant, it-triatleta Ryan Muscat ġie rikonoxxut wara li kklassifika fis-sitt post fil-kategorija tal-età tiegħu fost 77 parteċipant waqt triathlon li sar fi New South Wales fl-Awstralja, matul ix-xahar ta’ Ottubru. Dan ir-riżultat jirrifletti l-impenn kontinwu tiegħu fit-taħriġ u fil-kompetizzjonijiet fuq livell internazzjonali.
Il-premju Atlas Atleti Żgħażagħ tax-Xahar ġie ppreżentat mil-Kap Kummerċjali ta’ Atlas Insurance Robert Micallef. L-Għaqda Ġurnalisti Sports kienet rappreżentata mill-President Antvin Monseigneur u minn Christopher Francalanza.
Dan il-premju huwa inizjattiva konġunta bejn l-Għaqda Ġurnalisti Sport u Atlas Insurance.
//= $special ?>

