Lokali

Sewwieq ta’ mutur isofri ġrieħi serji

Raġel ta’ 28 sena mill-Maċedonja residenti Raħal Ġdid ittieħed l-Isptar Mater Dei , għal xi s-siegħa ta’ waranofsinhar wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-By-pass ta’ San Pawl il-Baħar.


Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel kien qiegħed isuq mutur tal-għamla Kawasaki, tilef il-kontroll u waqa`.


Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat bi
ġrieħi serji.