Tressaq il-Qorti it-tifel li jinsab akkużat bl-aggressjoni li seħħet ilbieraħ fl-iskola ta’ Pembroke.
Sorsi qrib l-investigaturi li qed jistħarrġu l-każ ta’ Pembroke ikkonfermaw ma’ Net News li waqt l-inkjesta ġie elevat materjal “ta’ interess” u oġġetti oħra li kellu aċċess għalihom it-tifel Libjan li ta daqqa ta’ sikkina lil sieħbu fil-bitħa tal-iskola.
Jidher li l-konfront beda wara li l-vittma kien irrappurtah għall-fatt li kien bil-mobajl fl-iskola. Matul l-inċident, student Malti pprova jdaħħal rasu biex iwaqqaf l-aggressjoni u spiċċa weġġa’. U għalhekk, hu ukoll ittieħed l-isptar għall-kura.
Iż-żewġ studenti Libjani ilhom jgħixu Malta minn meta kellhom tliet snin. L-aħbar ikkawżat paniku fost il-ġenituri li marru jiġru lejn l-iskola, b’ħafna jilmentaw li kienu qed isiru jafu x’ġara mill-midja u mhux mill-amministrazzjoni tal-iskola.
Aktar tard, it-tfal bdew jintalbu jinġabru u qabel ma jitilqu ġew eżaminati minn infermiera biex jiġi żgurat li kienu f’qagħda tajba.
F’awla 28 iz-zghazugh ta’14-il sena mwieled il-Libja wieġeb għall-akkużi miġjuba kontrih. Dan wara li nhar it-Tnejn ġie arrestat wara argument fl-iskola fil-Kulleġġ ta’ Santa Klara f’Pembroke, u fejn allegatament fera b’daqqiet ta’ sikkina lil student ieħor.
Il-Magistrat Abigail Critien harget divjett fuq l-isem tal-akkuzat; dan apparti divjett fuq wiccu.
Intant għal ħabta tas-6.20 ta’ filgħaxija iż-żgħażugħ tressaq quddiem il-Maġistrat Abigail Critien. Min naħa tagħha l-prosekuzzjoni saħqet li meta ġie arrestat iz-zgħazugħ kien għadu bl-arma li taqta’ u bil-ponta f’idejh.
Il-prosekuzzjoni resqet ukoll talba għal ordni ta’ protezzjoni fuq il-vittma u l-familja tiegħu.
il-agistrat wissietu li jekk jikser din l-ordni mposta fuqu kapaci jehel multa ta’ 7000 ewro u prigunerija
intant il – Prosekuzzjoni sahqet li ghandu jinghata helsien mill-arrest wara li spjegat li l-akkuzat kien jigi bullied mill-vittma. F’isem id-difiza ghalekk Franco Debono qal ukoll li l-gimghat li ghaddew l-akkuzat mar ukoll ifittex l-ghajuna minjabba dan l-allegat bullying.
//= $special ?>

