Centenary Stadium f’Ta’ Qali
Partita internazzjoni ta’ ħbiberija għat-tim Nazzjonali tan-nisa :
Malta 0 Kroazja 3
It-tieni partita għat-tim Malti kontra l-Kroazja wara li nhar il-Ġimgħa t-tim immexxi minn Manuela Tesse, ħareġ rebbieħ 3 – 2. Fil-partita tal-bieraħ storja għal kollox differenti b’dominju assolut mill-Kroazja dovut wkoll għall-fatt li Tesse’ tat ċans lil bosta plejers li forsi mhux soltu jibdew bħala regolari.
Malta tkun fl-azzjoni fi Frar 2026 fil-partiti ta’ kwalifikazzjoni għat-tazza tad-dinja tan-nisa 2027 fejn Malta tilgħab kontra t-Turkija, l-Irlanda ta’ Fuq u l-Iżvizzera.
Fil-35 minuta azzjoni veloċi mit-tim Malti fejn minn azzjoni ta’ Maria Farrugia it-tentattiv ta’ Rachel Cuschieri salvat minn Doris Babic. Reazzjoni mill-Kroazja li fil-41 minuta fetħu l-iskor. Minn cross ta’ Lucija Vunic kienet MAJA JOSCAK li bir-ras, żmarkata għelbet lil Maya Cachia. 1 – 0 fi tmiem l-ewwel taqsima.
Bil-Kroazja fuq l-offensiva fis-47 minuta rduppjaw b’azzjoni personali ta’ IVANA RUDELIC li waħidha quddiem Maya Cachia ma kellha ebda problema li tagħmel l-iskor 2 – 0 . Ebda reazzjoni mit-tim Malti li fil-75 minuta sofra t-tielet gowl skorjat minn KARLA KURKUTOVIC li għelbet lil Patricia Ebejer.
Referee : Rapjan Xhyra
//= $special ?>

