Sebastian Pace beda jiddokumenta l-esperjenza li għaddej minnha bħalissa barra minn Malta, fejn qed jgħix perijodu uniku f’ħajtu. Dan hekk kif minn età pjuttost żgħira diġa’ qed jaspira li jikber fix-xena tal-basketball internazzjonali.
Dan iż-żagħżugħ Malti ta’ 18-il sena jinsab f’North Carolina, fl-Istati Uniti. U hemm, qed isegwi l-ħolma tiegħu li jsir plejer professjonali tal-basketball.
Bħalissa, hu qed jagħmel taħriġ mal-akkademja ta’ Bull City Prep.
Fuq TikTok, fl-aħħar jiem, Sebastian fisser kif issa qed iwettaq proġett ieħor – li jiddokumenta ħajtu fuq il-media soċjali. “Xtrajt tripod, u bdejna”, spjega fi ftit kliem dan iż-żgħażugħ li ġie ispirat minn sħabu biex jibda proġetti ta’ editing u anke filming.
Net News jawgura lil dan iż-żagħżugħ kull suċċess.
//= $special ?>

