Il-leġġenda tat-tennis Nicola Pietrangeli miet f’Ruma fl-eta’ ta’ 92 sena. Minn plejer tal-futbol li kien jipprometti ma’ Lazio għat-tennis fejn bla dubju kien u jibqa’ l-aktar punt ta’ riferenza fit-tennis fl-Italja.
Nicola Pietrangeli kellu debutt internazzjonali fl-Open tal-Italja tal-1952. Kien f’erba’ finali tas-singles tal-irġiel f’Roland Garros – fejn rebaħ it-titlu fl-1959 u l-1960, u finalist fl-1961 u l-1964. Rebaħ id-doubles tal-irġiel f’Roland Garros fl-1959 flimkien ma’ Orlando Sirola, u l-mixed doubles fl-1958. F’Wimbledon , Pietrangeli kien semifinalista fl-1960, meta tilef kontra Rod Laver f’ħames sets. Rebaħ l-Open tal-Italja fl-1957 u l-1961 u kien ikklassifikat fin-Nru. 3 fid-Dinja.
Pietrangeli rrappreżenta lill-Italja fit-Tazza Davis bejn l-1954 u l-1972. Huwa lagħab f’rekord ta’ 164 partita tat-Tazza Davis, fejn rebaħ rekord ta’ 120. Kien fit-timijiet Taljani li waslu sal-finali tat-Tazza Davis fl-1960 u l-1961.
Wara li rtira bħala plejer, Nicola Pietrangeli kien captain tat-tim Taljan tat-Tazza Davis u mexxihom għar-rebħ tal-ewwel Tazza Davis tagħhom fl-1976 li kien l-uniku success qabel ir-rebħ ta’ tlett edizzjonijiet konsekuttivi bejn l-2023 u 2025.
Pietrangeli iddaħħal fl-International Tennis Hall of Fame fl-1986. F’għeluq it-73 sena tiegħu, l-istadium antik tat-tennis fil- Foro Italico ta’ Ruma ssemma f’ġieħu.
//= $special ?>

