L-ispiża tal-Gvern f’outsourcing ta’ diversi servizzi u kura żdiedet minn €5 miljun fl-2024 għal €15-il miljun is-sena d-dieħla – kif il-Gvern qed jpproġetta l-ispiża.
Jirrriżulta li fl-2024, il-Gvern ivvota €5 miljun għall-outsourcing. Din is-somma telgħet għall-€14-il miljun għall-istess skop. Għas-sena d-dieħla l-Gvern qed jipproponi €15-il miljun għall-outsourcing – total fi tliet snin li se jkun qed jammonta għal madwar €34 miljun.
Din l-informazzjoni ngħatat fil-Parlament mill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etuenne Abela għal mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Adrian Delia.
Jirriżulta wkoll minn mistoqsija parlamentari oħra tad-Deputat Nazzjonalista Adrian Delia li fl-2023 saru 1,644 operazzjoni b’riżultat tal-kollaborazzjonijiet bejn il-Gvern u sptarijiet privati, filwaqt li fl-2024 saru 2,110 operazzjoni permezz tal-istess kollaborazzjonijiet.
//= $special ?>

