Charles Azzopardi, PN
Id-Deputat Nazzjonalista Charles Azzopardi qal fil-parlament li jeħtieġ isir investiment b’saħħtu fil-lingwa Maltija quddiem l-isfidi li din qed tiffaċċja.
Charles Azzopardi qal li f’logħba ta’ football bejn Malta u Hajduk fl-Istaidum tal-Gżira ma kinx indaqq l-innu nazzjonali Malti iżda l-folla Maltija kienet kantat l-innu Malti b’rieda soda. Illum Malta tinsab b’saħħitha u llum qed tkompli tifforma l-identità tagħha billi televa ‘l fuq l-innu nazzjonali tagħha.
Rużar Briffa kien imnebbaħ minn dak li ġara fil-logħba bejn Malta u Hajduk u kiteb il-poeżija ‘Il-kotra qamet f’daqqa, miskin min ikasbarni miskin min jidħak bija’.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-innu Malti jiġbor fih dak kollu li jagħmilna Maltin u qal li hu tajjeb li s-27 ta’ Diċembru, propju 103 snin wara li ndaqq għall-ewwel darba fit-Teatru Manoel jkun imfakkar bħala t-twelid tal-innu nazzjonali.
Charles Azzopardi kompla li fl-innu Malti, Dun Karm jiġbor fih l-element reliġjuż u l-lingwa Maltija. Hu sellem lil Robert Sammut u oħrajn li taw kontribut fl-element nazzjonali patrijottiku.
L-innu Malti jmur lura għall-wasla ta’ San Pawl f’Malta, sostan Charles Azzoaprdi, li kompla li l-innu Malti fih ukoll messaġġ politiku dwar id-determinazzjoni tal-poplu Malti.
Id-deputat Nazzjonalista qal li minħabba l-ħafna barranin f’Malta, il-lingwa Maltija qed isib reżistenza kbria biex tibqa’ rilevanti u tingħata l-importanza li jixirqilha. L-innu Malti hu rifless tal-lingwa Maltija, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li għandu jsir l-investiment meħtieġ fil-lingwa Maltija. Nuqqas ta’ dan ikun traskuraġni kbira b’effetti irriversibbli.
Hu staqsa jekk l-appartament li fih Dun Karm għix u kiteb l-innu Malti għadux abbandunat u appella biex fl-iskejjel ikun hemm l-innu Malti miktub taħt ir-ritratt tal-President ta’ Malti.
Charles Azzopardi qal li bla dubju se jsiru diversi attvitajiet b’rabta mal-innu Malti u appella biex nomenklaturi ta’ Ġieħ ir-Repubblika għandu jkollhom siltiet mill-innu Mati. Hu ppropona li l-gvern jagħti unur b’rabta mas-sens sħiħ tagħhom mal-lingwa Maltija.
//= $special ?>

