“Irridu nassiguraw li nkomplu naħdmu għal servizz ta’ saħħa efficjenti, mediċini u sfidi oħrajn li jiffaċjaw l-anzjani.”
Hekk sostna l-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Alex Borg, f”laqgħa li kellu mad-delegazzjoni li tmexxi l-Kunsill Nazzjonali tal-Anzjani.
Matul din il-laqgħa il-membri fit-tmexxija ta’ dan il-kunsill tennew kif fis-soċjeta ta’ llum il-ġurnata, l-anzjani qed jiġu mwarrba. U l-esperjenza kollha li għandhom, sfortunatament mhix tiġi rikonoxxuta.
Huma esprimew id-dispjaċir tagħhom għall-fatt li l-Gvern ta’ Robert Abela, qed joħroġ policies mingħajr ma jikkonsulta mal-anzjani – hawnhekk irreferew għal policies relatati fost l-oħrajn mal-banek u l-mediċini.
Bil-Kap tal-PN jesprimi l-inkwiet tiegħu għall-fatt li l-Gvern għadda Legal Notice li se tfisser pezz għola ta’ mediċini.
Bħala Kunsill huma spjegaw kif jagħmlu ħafna xogħol u attivitajiet li jinvolvu lil anzjani. U semmew kif sena ilu l-Kunsill Nazzjonali kien għamel konferenza b’rabta mal-pensjoni.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien akkumpanjat għal din il-laqgħa mix-Shadow Ministers Ian Vassallo u Paula Mifsud Bonnici.
//= $special ?>

