Mario de Marco, PN
Id-Deputat Nazzjonalista Mario de Marco sostna fil-parlament li jeħtieġ pjan starteġiku għal iktar residenti fil-Belt.
Mario de Marco qal li bl-emenda biex il-Belt Valletta tiddaħħal fil-kostituzzjoni hu l-ovvja għaliex ilha mill-1571 u kompla li l-gvern qed jipproponi li dan l-istat ta’ fatt ikun affermat fil-kostituzzjoni. Hu sostna li l-Belt fiha l-ogħla tliet istituzzjonijiet, li huma l-parlament, il-ministeri tal-gvern u l-qrati.
Tul dawn is-sekli, l-Belt rat l-avvenimenti importanti li sawra l-istorja tal-pajjiż fosthom is-Sette Giugno 1919, l-attakki tat-Tieni Gwerra Dinjija, l-għoti tal-George Cross, hemm il-Palazz Presidenzjali u hi World Heritage Site u serviet ukoll Belt Ewropa għall-Kultura.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li r-rinaxxenza tal-Belt wara d-deċiżjonijiet tal-Prim Ministru Lawrence Gonzi biex kun ingaġġat il-perit rinomat internazzjonali Renzo Piano biex tbidlet id-daħla tal-Belt. Hu sellem lil Ray Bondin li kien ħa ħsieb il-proġetti ta’ restawr ta’ monumenti u palazzi fil-Belt biex illum il-Belt hi ġojjell.
Hu qal li llum il-Belt tinsab f’salib it-toroq fejn illum il-popolazzjoni niżlet għal 5,000 minn 22,000 persuna Dan meta fl-1985 kien hemm 9,300 persuna jgħixu fil-Belt; fl-aħħar 35 sena fil-Belt kien hemm tnaqqis ta’ 44% tar-residenti Beltin. Dan minkejja li l-popolazzjoni tal-pajjiż żdiedet b’mod sinifikati minn 350,000 fl-1990 waqt li fl-2024 il-popolazzjoni hi 574,000; żieda ta’ 66%.
Belt kapitali mingħajr residenti tkun belt bla ruħ anki jekk ikollha l-palazzi, monumenti u knejjes. Mingħajr komunità residenzjali, belt tkun biss mużew. Belt kapitali m’għandhiex tkun sabieħa biex il-barranin iżurha iżda ma tkunx tajba biżżejjed biex il-Maltin jgħixu fiha.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-Beltin għandhom sens ta’ komunità u ta’ kultura iżda llum din qed tinsab iktar barra l-Belt milli fil-Belt. Dan mhuwiex biżżejjed biex il-Belt tkompli tkun mgħejjuna, sostna Mario de Marco, li kompla li n-nuqqas ta’ nies fil-Belt ġara fuq medda ta’ snin.
Hemm diversi raġunijet għal dan fosthom nuqqas ta’ kumdità tad-djar fil-Belt, prezzijiet ogħlja għad-djar tal-Belt, nuqqas ta’ spazji fejn isiru liftijiet għar-residenti, nuqqas ta’ mobilità, nuqqas ta’ aċċess għall-vetturi u li ħafna djar li kienu konvertiti f’uffiċini u issa f’lukandi. Il-prezzijiet tal-propjetà llum saru projbittivi biex in-nies imorru jgħixu fil-Belt, fosthom għat-tfal tal-familji Beltin.
Hu qal li qed tinbiegħ ir-ruħ tal-Belt għall-kummerċ għalkemm kull belt kapitali għadu jkollha element ta’ kummerċ iżda għandu jkn hemm bilanċ mal-aspett residenzjali. Illum is-sitwazzjoni hiw aħda li anki l-ispazji pubbliċi qed kunu dominati mill-element kummerċjali b’konsegwenza li intilef il-bilanċ.
L-avviż legali li l-mużika qed titħalla sas-1 am qed ikollu effett negattiuv fuq ir-residenti tal-Belt; mhuwiex isir biżżejjed biex iktar nies ikunu attirati jmorru jgħixu fil-Belt. Dan qed iwassal għal telf ta’ residenti fil-Belt u żidiet kbar fil-prezzijiet tal-propjetà.
Ma’ dan hemm l-għeluq ta’ stabbilmenti uniċi li kienu joerpaw mill-Belt waqt li anki s-Suq ta-Belt falla fl-esperiment li jtejjeb l-element ta’ artiġġjanat. Kull ftit spazju pubbliku fil-Belt qed jittieħed għal skopijiet kummerċjali, sostna Mario de Marco, li kkritika l-fatt li mhemmx sens ta’ bilanċ fil-Belt. Dan hu frott ta’ politika bla koeżjoni, nuqqas ta’ ippjanar fid-deċiżjonijiet u l-konverżjoni ta’ stabbilmenti fl-operat tagħhom.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-frammentazzjoni tar-regoli tal-infurzar hi problema oħra bejn il-pulizija, l-MTA u l-Awtorità tal-Artijiet. Hu appella għal strateġija ta’ sens ta’ residenza fil-Belt biex iktar nies imorru jgħixu fil-Belt.
Din l-istrateġija għandha tinkludi kirjiet fit-tul, kontroll fuq spazji għal kirjiet fil-qosor, inizjattivi fiskali biex in-nies tmur tgħix fil-Belt, inċentivi għal restawr tad-djar, aċċess mobbli għad-djar mill-familji, bilanċ sostenibbli bejn l-attività kummerċjali u l-element residenzjali.
Jeħtieġ ikun hemm distinzjoni bejn in-negozji li jservu lir-residenti u dawk li m’għandhomx konnessjoni mar-residenti, sostna Mario de Marco, li kompla li l-wirt tal-Belt għandu jkun protett kemm mill-aspett kulturali iżda l-wirt bħala belt ħajja.
Jeħtieġ li jkun hemm pjan strateġiku nazzjonali biex il-Belt kun ħajja protetta mill-kostituzzjoni u inkluża fil-kostituzzjoni, sostna Mario de Marco.
//= $special ?>

