L‑Arċisqof Charles Scicluna se jmexxi ċ‑ċelebrazzjoni ta’ lejlet il-Milied.fil‑Katidral ta’ San Pawl fl‑Imdina. Fil-11:15pm l-Arċisqof imexxi l‑Uffiċċju tal‑Qari bil‑prietka tat‑tifel fil‑Katidral ta’ San Pawl l‑Imdina u f’nofsillejl, l‑Arċisqof jiċċelebra quddiesa pontifikali fis‑Solennità tat‑Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu.
Njar is-Sibt, 6 ta’ Diċembru, fil-11:00am, l-Arċisqof jieħu sehem fil-Liturġija Divina fil-Knisja ta’ San Nikola fil-Belt Valletta.
Il-Ħadd, 7 ta’ Diċembru, fid-9:30am, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fit-tieni Ħadd tal-Avvent fil-Knisja Arċipretali ta’ Santa Katarina fiż-Żurrieq. Fl-4:30pm jiċċelebra quddiesa li fiha jamministra s‑sagrament tal‑griżma tal‑isqof lill-adolexxenti fil-Knisja Parrokkjali tas-Salvatur f’Ħal Lija.
F’jum is-Solennità tat-tnissil bla tebgħa ta’ Ommna Marija Santissima, it-Tnejn, 8 ta’ Diċembru, fid-9:30am, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa li fiha jilqa’ uffiċjalment tliet seminaristi bħala kandidati għall-ordni sagri, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta.
Il-Ħadd, 14 ta’ Diċembru, fid-9:30am, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fit-tielet Ħadd tal-Avvent fil-Kolleġġjata Bażilika ta’ San Pawl, fir-Rabat.
Il-Ġimgħa, 19 ta’ Diċembru, fis-6pm, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fl-20 anniversarju mit-twaqqif tal-Fondazzjoni U, fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Publiju, fil-Furjana.
Il-Ħadd, 21 ta’ Diċembru, fid-9:30am, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fir-raba’ Ħadd tal-Avvent, fil-Knisja Arċipretali ta’ Marija Bambina, fil-Mellieħa.
Lejlet il-Milied, l-Erbgħa 24 ta’ Diċembru, fil-5:15pm,l-Arċisqof jattendi għall-ewwel Għasar u jiċċelebra quddiesa tal-Vġili tal-Milied fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, fil-Belt Vallett
F’Jum il-Milied, il-Ħamis, 25 ta’ Diċembru, fid-9:30am, l‑Arċisqof jiċċelebra pontifikal fis‑Solennità tat‑Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu, fil‑Katidral ta’ San Pawl, fl‑Imdina.
Fl-aħħar Ħadd tas-sena, il-Ħadd, 28 ta’ Diċembru, fil-5:00pm l-Arċisqof se jbierek qanqiena fil-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Doni fir-Rabat. Fis-6pm l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fl-għeluq tal-Ġublew tat-Tama fil-Katidral ta’ San Pawl fl-Imdina.
Fl-aħħħar jum tas-sena, l-Erbgħa, 31 ta’ Diċembru, fis-5:45pm, l‑Arċisqof jiċċelebra quddiesa li fi tmiemha jitkanta t-Te Deum b’radd ta’ ħajr lil Alla għas-sena li tkun waslet biex tintemm, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann fil‑Belt Valletta.
//= $special ?>

