Lokali

Mellieħi b’ħidma fuq l-akbar ferrovija taċ-ċikkulata fid-dinja għall-Guiness World Record

Andrew Farrugia, jinsab fl-Italja fejn qed joħloq l-akbar ferrovija taċ-ċikkulata fid-dinja għall-Guiness World Record.

Il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa, fuq il-paġna tiegħu f’post fuq Facebook, ippubblika ritratti li juru lill-Malti fi Brescia, fl-Italja.

Il-kunsill Lokali feraħ u awgura l-aqwa suċċessi lil Andrew Farrugia li qed jagħmel lil Mellieħa u lil Malta tant kburin.