Lokali

Qormi Daikin kisbu t-tieni unur tal-istaġun

Qormi Daikin kisbu t-tieni unur tal-istaġun meta rebħu ċ-Challenge Cup tal-Malta Hockey Association wara li għelbu lil Floriana Young Stars 2-0.

Qormi Daikin li fil-bidu tal-istaġun rebħu wkoll is-Super Cup, skorjaw żewġ gowls fl-ewwel żewġ quarters sabiex aċċertaw ir-rebħa minn kmieni b’gowls minn Tommy Kok u Luke Bajada.

Minkejja l-pressjoni ta’ Floriana speċjalment fir-raba’ quarter, id-difiża ta’ Qormi Daikin iddefendiet ir-riżultat fejn fi tmiem il-finali, il-President tal-Hockey Association of Malta David Agius ippreżenta t-trofew lill-plejer ta’ Qormi Juan Sarcia.

L-umpires kienu Alessandro Amore u Silvio Peralta.

F’partita mill-Hockey 7s, GREE Żurrieq Wolves Hotsticks għelbu lil Floriana Young Stars 3-1 bi tleit gowls minn Jayden Cutajar filwaqt li Sofia Nesca skorjat għal Floriana.

L-umpires kienu Dario Cacopardo u Silvio Peralta.

Mill-kampjonat ta’ taħt l-14-il sena, Marsaskala Heat u Qormi Daikin spiċċaw fi draw ta’ 3-3.

Saviour Grech, Liam Carabott u Braylon Gatt Gellel skorjaw għall-Marsascala filwaqt li żewġ gowls  ta’ Sam Cassar u gowl ta’ Zain Lee Carabott skorjaw għal Qormi.

L-umpires kienu Alessandro Amore u Silvio Peralta.

Floriana A rebħu lil Floriana B 6-0 b’żewġ gowls kull wieħed minn Michele Galea Fava u Levi Borg Borda filwaqt li Matteo Vella Chetcuti u Alec Borg Cesario b’gowl kull wieħed.

Umpires kienu Kyran Carabott u Oscar Toledano.