Ġurnata ta’ rutina, mimlija xogħol, inbidlet fi traġedja meta raġel ta’ 50 sena tilef ħajtu fil-limiti tal-Imġarr.
Kienu għall-ħabta tas-1:15 tat-Tlieta waranofsinhar, meta trakk esperjenza xi ħsarat waqt li kien misjuq minn raġel ta’ 50 sena residenti r-Rabat f’niżla. Dan bir-riżultat li t-trakk waqa’ madwar żewġ sulari għal sit ta’ kostruzzjoni.
Fil-post, isejjħu ambulanza, tim mediku mill-Isptar Mater Dei u anke l-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu lir-raġel f’dan l-inċident, tliet kwarti wara li seħħ l-inċident. Iżda, sfortunatament, ir-raġel kien iċċertifikat mejjet fil-post.
Xhieda mill-post, spjegaw li dan ir-raġel, kien għaddej bix-xogħol tiegħu f’farmhouse privata li tinsab fid-Dwejra, fil-limiti tal-Imġarr. It-trakk, waqa’ minn rampa ta’ madwar zewġ sulari – allegatament – minħabba ħsarat fil-brejkijiet.
Fil-post flimkien wkoll mal-uffiċjali mill-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fil-post tax-xogħol, kienu l-qraba mal-wasla tagħhom ingħataw l-aħbar traġika.
B’rabta ma’ dan il-każ ġiet infurmata mill-Maġistrat Monica Borg Galea u ħatret inkjesta. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin.
//= $special ?>

