Stadio Renato Dall’Ara
Bologna 1 Cremonese 3
Telfa xejn mistennija għal Bologna wara serje ta’ riżultati posittivi sabiex issa baqgħu fis-sitt post flimkien ma’ Como b’24 punt. Għal kuntrarju Cremonese, bil-gowls ta’ Jamie Vardy telgħu fl-10 post flimkien ma’ Sassuolo bi 17 il-punt.
Minkejja li matul l-ewwel taqsima Bologna kellhom aktar pussess u wisq aktar azzjonijiet offensivi fil-31 minuta kienu Cremonese li marru fil-vantaġġ. Minn azzjoni ta’ Matteo Bianchetti kien MARTIN PAYERO li għeleb lil Federico Ravaglia.
Ebda reazzjoni minn Bologna bi Cremonese approfittaw u fil-35 minuta rduppjaw. Pass ta’ Federico Bonazzjoni lejn JAMIE VARDY li għeleb lil Ravaglia għal vantaġġ doppju f’ħames minuti. Nifs għal Bologna wara li fil-41 minuta Bianchetti deher li ħa l-ballun b’idu fil-kaxxa. Feliciani kkonsulta l-VAR. Penalty għal Bologna b’RICCARDO ORSOLINI jegħleb lil Emil Audero. 2 – 1 fi tmiem l-ewwel taqsima.
Fil-50 minuta minn pass ta’ Tommaso Barbieri kien mill-ġdid JAMIE VARDY li kabbar l-iskor għal Cremonese.
//= $special ?>

