Iċ-ċitazzjonijiet minħabba li ma nħarġitx irċevuta tal-VAT matul din is-sena sa dil-ġimgħa, laħħqu 239 waqt li s-sena li għaddiet inħarġu 1,684 ċitazzjonijiet.
Jirriżulta li fl-2020 inħarġu 823 ċitazzjonijiet minħabba li ma nħarġitx irċevuta tal-VAT; fl-2021 inħarġu 119; fl-2022 110; u fl-2023 771. L-akbar ammont ta’ ċitazzjonijiet inħarġu s-sena li għaddiet u kienu jammontaw għal 1,684.
Dawn l-ammonti ta’ ċitazzjonijiet kienu kkonfermati mill-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana meta wieġeb mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Graziella Attard Previ,
//= $special ?>

