In-numru ta’ lukandi 5 Star preżentement liċenzjati mal-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu għal Malta u Għawdex sa Ottubru 2025 hu ta’ 18 f’Malta u tnejn f’Għawdex. Dawn għandhom 3,759 kamra b’aktar minn 8,000 sodda f’Malta waqt li f’Għawdex hemm 200 kamra li għandhom 400 sodda. Dan ifisser li f’Malta u Għawdex hawn total ta’ 20 lukanda ta’ 5 stilel.
4 Star hawn 55 lukanda f’Malta liċenzjata b’9,512 kamra u 19,218-il sodda. F’Għawdex hemm ħames lukandi 4 Star bi 291 kamra li għandhom 788 sodda.
Dan jirriżulta minn risposta li ta l-Ministru Ian Borg, għal mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Mario de Marco.
Lukandi 3 Star hawn f’Malta 81 u 8 oħra f’Għawdex. Dan ifisser li f’Malta hawn 5,770 kamra tal-livell 3 Star bi 11,832 sodda. F’Għawdex hemm 187 kamra u 366 sodda.
Lukandi 2 Star hawn Malta 16 b’359 kamra u 510 sodda. F’Għawdex hemm 4 lukandi 2 Star b’46 kamra u 84 sodda.
B’kollox, f’Malta u Għawdex hawn 189 lukanda liċenzjata li 170 huma f’Malta li għandhom b’kollox, f’Malta u Għawdex, 20,124 kamra u 41,237 sodda.
//= $special ?>

