Futbol Sport

Arsenal ikomplu jirbħu u jżommu l-ewwel post, Chelsea megħluba minn Leeds United

Rebħa klassika ta’ Arsenal hekk kif għelbu lil Brentford 2-0 . Mikel Merino jiftaħ l-iskor wara 11-il minuta minn assist ta’ Ben White, segwit minn gowl tal-istilla Bukayo Saka lejn it-tmiem din id-darba Merino jipprovdi l-assist. Din tkun l-10 rebħa tal-Gunners f’14-il logħba biex żammew l-ewwel post u żammew id-distakk ta’ 5 punti fuq Manchester City fit-tieni post.

Aston Villa komplew jitilgħu il-fuq fil-klassifika meta kisbu rebħa missielta ta’ 4-3 fuq Brighton. Il-Villians issa telgħu fit-tielet post hekk kif ħadu vantaġġ taż-żelqa ta’ Chelsea kontra Leeds United.
Brighton ħadu l-vantaġġ fid-9 minuta permezz ta’ van Hecke, u jirdoppjaw permezz ta’ auto-gowl ta’ Pau Torres.

Ollie Watkins jiskorja fis-37 minuta biex inaqqas l-iskor, u jiskorja dopjetta għaxar minuti wara biex jagħmel l-iskor indaqs qabel tmiem l-ewwel taqsima.

Il-gowl ta’ Amadou Onana wara siegħa logħob ikun il-gowl deċiżiv li jagħti l-vantaġġ lil Villians, biex Donyell Malen jiskorja r-raba’ gowl fit-78 minuta.

Brighton jirnexxielhom jiskorjaw gowl ieħor fit-83 minuta biex inaqqsu l-iskor permezz ta’ van Hecke, madankollu l-gowl kien biss ta’ konsolazzjoni.

Crystal Palace irritornaw għar-rebħ b’rebħa ta’ 1-0 fuq Burnley. Ikun il-gowl ta’ Daniel Munoz minuta qabel tmiem l-ewwel taqsima li wassal għar-rebħa tal-Eagles.

Skor identiku bejn Nottingham Forest u Wolves, bit-Tricky Trees jieħdu t-tlett punti minn dan il-konfront.
Igor Jesus kellu ċans jiftaħ l-iskor fit-tieni taqsima madankollu l-VAR ħassar il-gowl tiegħu, pero l-Brażiljan jibqa’ reżiljenti u jibqa’ jkollu staġun mill-aqwa meta skorja l-gowl tar-rebħa fit-72 minuta.

PREMIER LEAGUE
It-Tlieta

Bournemouth v Everton 0-1
Fulham v Man.City 4-5
Newcastle U. v Tottenham H. 2-2
Illum
Arsenal v Brentford 2-0
Brighton v A.Villa 3-4
Burnley v C.Palace 0-1
Wolves v N.Forest 0-1
Leeds U. v Chelsea 3-1
Liverpool v Sunderland 1-1
Għada
Man.Utd v West Ham U. 9:00pm