Atalanta għelbu lil Genoa 4-0 biex għaddew għall-kwarti finali tal-Coppa Italia. Partita importanti għall-moral ta’ La Dea li s’issa m’hux qed ikollhom l-istaġun li jixtiequ.
Id-difensur ċentrali Djimsiti jiskorja wara 19-il minuta minn assist ta’ Zalewski. L-avversarji spiċċaw jilagħbu b’għaxra hekk kif Seydou Fini ntwera l-karta ħamra diretta fis-36 minuta.
Atalanta ħarġu iżjed fuq l-offensiva fit-tieni taqsima bit-tim minn Bergamo jiskorja tlett gowl, li waslu fl-54 minuta permezz tal-captain Martin De Roon, fit-82 minuta mill-midfielder Kroat Mario Pasalic, u Honest Ahanor li skorja fl-aħħar sekondi tal-partita għall-aħħar gowl.
Partita li marret fit-tul bejn Napoli u Cagliari hekk kif Antonio Conte jkomplu jbagħti fit-tazzi domestiċi, madankollu irnexxielhu jgħaddi għar-rawnd li jmiss wara l-għoti tal-penalties.
L-attakkant Lorenzo Lucca jiftaħ l-iskor wara 28 minuta minn assist ta’ Antonio Vergara. Fis-67 minuta Sebastiano Esposito jagħmel l-iskor indaqs.
Il-partita tmur għall-penalties, u għal Napoli jiskorjaw: Matteo Politano, Scott McTominay, Noa Lang, Rasmus Hojlund, Eljif Elmas, il-goalkeeper Vanja Milinkovic-Savic, Leonardo Spinazzola, Juan Jesus u Alessandro Buongiorno, filwaqt li falla penalty lejn nofs is-sensiela David Neres.
Għal Cagliari skorjaw: Adam Ober, Gennaro Borrelli, Matteo Prati, Sebastiano Esposito, Sebastiano Luperto, Michael Adopo, Riyad Idrissi, Di Prato u fallew Mattia Felici u Zito Luvumbo.
Kwalifikazzjoni faċli għal Inter li waslu mal-aħħar tmienja meta għelbu lil Venezia 5-1. Tlett gowls fl-ewwel taqsima minn Andy Diouf, Esposito u Marcus Thuram, biex fit-tieni taqsima kompla jkabbar l-iskor Marcus Thuram bit-tieni gowl tiegħu.
Venezia naqqsu d-distakk permezz ta’ Sagrado fit-tieni taqsima. Bonny jiskorja l-aħħar gowl ta’ Inter fit-78 minuta.
Atalanta, Napoli u Inter fil-kwarti finali tal-Coppa Italia


