Lokali

Galdes jhedded lill-ġurnalist tat-Times: “Oqgħod attent”

“Oqgħod attent. Qed tweġġgħu lill-familji”.

Hekk iddikjara l-Ministru Roderick Galdes meta kien pressat bid-domandi tal-ġurnalisti dwar l-aħħar skandlu li jinvolvi l-kumpanija Malita, ir-rabta tiegħu mal-kuntratturi, il-penthouse u l-garaxx li xtara f’Għawdex, u l-akkużi serji ta’ ndħil politiku. Bil-Ministru tal-Housing jispiċċa jhedded lill-ġurnalist tat-Times biex joqgħod attent.

Quddiem domandi persistenti mill-midja, Galdes spiċċa ammetta għall-ewwel darba li minbarra l-penthouse, il-prezz ta’ €140,000 inkluda wkoll garaxx.

Net News imbagħad staqsa lill-Ministru dwar il-kuntratti enormi li ngħataw mill-housing lill-istess żviluppaturi li biegħlu l-penthouse tar-Rabat, Għawdex.

Bil-Ministru baqa’ jiġi bbumbardjat bid-domandi minn naħa tal-ġurnalisti, u bil-midja Laburista tipprova tintervjeni.