Graziella Attard Previ, PN
Id-Deputat Nazzjonalista Graziella Attard Previ sostniet fl-Aġġornament tal-parlament li jeħtieġ li ċertu mediċini jkunu disponibbli biex ikun evitat it-tixrid ta’ mard.
Hi tkellemt dwar l-AIDS u qal li din hi sfida kbira fis-settur tas-saħħa u qalet li din hi wkoll kwistjoni ta’ drittijiet tal-bniedem. Id-deputat Nazzjonalista kompliet li għandu jkun hemm iktar azzjoni u kuxjenza biex titnaqqas l-istigma u l-mibgħeda kontra n-nies li jgħixu bl-AIDS. Irid ikun ikkunsidrat li Malta għandha għandha fost l-ogħla rata ta’ dijagnosi ta’ HIV fl-Ewropa.
Graziella Aattard Previ qalet li din hi kriżi li tħalli impatt fuq il-familji u fuq il-persuni li għandhom dritt funamentali għas-saħħa tagħhom. Meta persuna ma tkunx tista’ taffordja mediċini jew meta ma jkunx hemm infromazzjoni biżżejjed ikun hemm nuqqasijiet kbar.
Id-deputat Nazzjonalista kompliet li l-persuni m’għandhomx jiċċaħdu minn ħajja sana u qalet li kull aspett jefettwa kemm lill-persuni involuti kif ukoll lis-soċjetà.
Hi sostniet li hu żbaljat minn jargumenta li l-gvern m’għandux jgħin persuni li jimirdu minħabba attività sesswali. Jeħtieġ li jkun hemm determinazzjoni biex il-PEP u l-PREP ikunu disponibbli b’xejn għal kul min ikun jeħtieġhom għax dawn jipprevjenu t-tixrid tal-HIV.
Graziella Attard Previ qalet li l-aċċess għall-PREP għadu limitat f’Malta u mhijiex affordabbli għal ħafna għax tiswa ħafna flus. Minnkejja r-rwol kruċjali tal-PEP bħala intervent ta’ emerġenza, id-disponibbiltà ta’ din il-mediċina tibqa’ diffiċli.
Id-deputat Nazzjonalista kompliet li l-gvern ilu jwiegħed li dawn għandhom jiddaħħlu b’xejn iżda s’issa din għadha ma twettqitx. Dawn huma wkoll kwistjonijiet morali u l-gvern għandu jassumi r-responsabbiltà lejn iċ-ċittadini kollha għax iċ-ċittadini kollha huma importanti u rispettati. Malta qed tirreġistra numru kbir ta’ HIV kull sena. L-istigma madwar is-saħħa sesswali partikolarment fost il-komunità LGVBTIQ+ għadha qawwija.
Hi faħħret l-isforzi tal-NGOs u professjonisti tas-saħħa li qed jagħmlu xogħol eċċellenti biex jagħtu appoġġ lil min jeħtieġ l-għajnuna iżda mingħajr appoġġ finanzjarju mill-Istat dawn l-isforzi ma jistgħux ikunu biżżejjed. Il-prevenzjoni hi kruċjali għaliex il-flus m’għandhom qatt iżommu lil xi ħadd milli jikseb mediċini meħtieġa.
X’sar minnha l-istareġija nazzjonali dwar is-saħħa sesswali? staqsiet id-deputat Nazzjonalista, li kompliet li l-PN ħarġet ir-reazzjoni tiegħu bil-proposti f’dan ir-rigward iżda l-gvern għadu ma implimentahiex.
//= $special ?>

