Bournemouth 0 Everton 1
Gowl fl-aħħar fażi tal-partita kien biżżejjed għal Everton biex kisbu s-sitt rebħa fil-Kampjonat u fl-istess waqt b’21 punt laħqu lil Manchester United u Liverpool.
Il-gowl deċiżiv skorjat fit-78 minuta meta minn azzjoni ta’ Carlos Alcaraz kien JACK GREALISH li għeleb lil Dorde Petrovic . 1 – 0 skor li bih intemmet il-partita
Fulham 4 Manchester City 5
Disa’ gowls u spettaklu fejn f’mument li Manchester City fetħu vantaġġ ta’ 5 – 1 , waslu tliet gowls bla risposta minn Fulham li poġġew ir-riżultat inċert sal-aħħar sekondi mill-11-il minuta zejda mogħtija fuq id-90 minuta.
Wara 17-il minuta, Manchester City marru fil-vantaġġ permezz ta’ ERLING HAALAND li minn azzjoni ta’ Jeremy Doku għeleb lil Bernd Leno. Ebda reazzjoni minn Fulham l-aktar wara li fis-37 minuta minn pass ta’ Haaland kien TIJANI REIJMDERS li għeleb lil Leno għat-2 – 0 . L-iskor sar 3 – 0 fl-44 minuta permezz ta’ PHIL FODEN sabiex minuti wara Fulham naqqsu l-iskor. Minn azzjoni ta’ Harry Wilson kien EMILE SMITH ROWE li għeleb lil Donnarumma. 3 – etn fi tmiem l-ewwel taqsima.
L-andament matul it-tieni taqsima baqa’ l-istess l-aktar wara li fit-48 minuta PHIL FODEN minn pass ta’ Haaland, kabbar l-iskor għal 4 – 1 . Kollox deher faċli għal Manchester City b’ JEREMY DOKU jagħmel l-iskor 5 – 1 fl-54 minuta b’Sander Berge b’auto gowl jegħleb lil Leno. Madankollu wara li Fulham naqqsu l-iskor fis-57 minuta permezz ta’ ALEX IWOBI għal 5 – 2, kibret il-pressjoni. Fit-73 minuta kien is-sostitut SAMUEL CHUKWUEZE li għeleb lil Gigi Donnarumma għal 5 – 3 . Kien għad fadal ħames minuti wara l-istess SAMUEL CHUKWUEZE kompla jnaqqas id-distakk għal 5 – 4 . Skor li bih intemmet il-partita.
Newcastle United 2 Tottenham Hotspur 2
0 – 0 fi tmiem l-ewwel taqsima. Il-partita ħadet xejra differenti mill-mument li Newcastle marru fil-vantaġġ. Fil-71 minuta minn azzjoni ta’ Nick Woltemade kien BRUNO GUIMARAES li għeleb lil Guglielmo Vicario. Reazzjoni immedjata minn Tottenham li fit-78 minuta kisbu l-gowl tad-draw. Minn azzjoni ta’ Mohammed Kudus kien CRISTIANO ROMERO li għeleb lil Aaron Ramsdale. Fis-86 minuta foul ta’ Rodrigo Betancour fuq Daniel Burn. Ir-referee Thomas Bramall saffar penalty kkonvalidat bil-VAR b’ANTHONY GORDON ipoggi mill-ġdid lil Newcastle fil-vantaġġ. Fil-95 minuta iżda mill-ġdid CRISTIANO ROMERO għeleb lil Vicario biex għalaq il-partita 2 – 2
//= $special ?>

