Allianz Stadium :
Juventus 2 Udinese 0
B’gowl f’kull taqsima Juventus għaddew mill-grupp tal-aħħar 16 u jistennew min se jkun l-avversarju fir-rawnd li jmiss tal-Coppa Italia.
Fit-23 minuta Juventus fetħu l-iskor meta minn azzjoni ta’ Weston McKennie kien JONATHAN DAVID li bil-ballun imxellef minn David Palma għeleb lil Razvan Sava. Fit-33 minuta minn angolu magħluq Jonathan David għeleb lil Sava iżda l-gowl ma kienx ikkonvalidat bil-VAR minħabba offside.
1 – 0 skor li bih intemmet l-ewwel taqsima.
Fid-69 minuta wara azzjoni falluża ta’ Palma, ir-referee Francesco Fourneau kkonsulta l-VAR. Penalty għal Juventus b’ MANUEL LOCATELLI jegħleb li;l Razvan Sava għat 2 – 0 .
Fl-94 minuta minn azzjoni ta’ Joao Mario kien Openda li għeleb lil Razvan Sava iżda għal darb’oħra l-gowl ma kienx ikkonvalidat bil-VAR minħabba offside.
//= $special ?>

