Lokali

L-aktar arresti fuq bejgħ ta’ drogi s -sena li għaddiet minn San Ġiljan u Paceville, San Pawl il-Baħar u l-Marsa

It-tliet lokalitajiet li fihom kien hemm l-ikbar ammont ta’ persuni li ġew arrestati fuq bejgħ ta’ droga matul is-sena li għaddiet kienu fil-lokalitajiet ta’ San Ġiljan/Paceville, San Pawl il-Baħar u l-Marsa rispettivament,

Il-Ministru Byron Camilleri qal fil-Parlament għal mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Graziella Galea li minn San Ġiljan/Paceville kienu arrestati 24 fuq bejgħ ta’ droga, minn San Pawl il-Baħar 15 u mill-Marsa 11.

Minn tweġiba għal mistoqsija parlamentari oħra tad-Deputat Nazzjonslista Graziella Galea l-lokalità ta’ San Ġiljan/Paceville hi l-aktar fejn saru arresti war droga anke din is-sena.

Jirriżulta minn dak li qal il-Ministru Byron Camilleri li l-arresti dwar bejgħ ta’ droga bejn Jannar sa nofs Novembru 2025 kienu l-aktar fil-lokalitajiet ta’ San Ġiljan/Paceville, il-Gżira u l-Marsa rispettivament.