Matul din il-ġimgħa, il-gradwati tal-MCAST iċċelebraw is-suċċess akkademiku tagħhom.
Dan kien mument tant mistenni għal 2,800 student u studenta li qed jaqtgħu l-frott ta’ ħafna sagrifiċċji wara li gradwaw minn dan il-Kulleġġ.
Iċ-ċerimonja fuq il-kampus ta’ Raħal Ġdid irrikonoxxiet lill-gradwwati mil-livell kollha- b’uħud għażlu li jkomplu jtejbu l-livell edukattiv filwaqt li oħrajn qed iħejju biex jidħlu jew ikomplu fid-dinja tax-xogħol.
565 student se jirċievu Baċellerat u Masters degree u kważi 2,000 oħra qed jiggradwaw b’diploma.
Fid-Dar Centrali tal-PN l-istudenti tal-Business Administration and Business Enterprise iċċelebraw dan is-suċċess bil-buscade tradizzjonali. Huma intlaqgħu fil-foyer mill-Kap tal-PN Alex Borg li ferħilhom għall-kisba akkademika tagħhom.
//= $special ?>
