Lokali

Manuel Ciantar huwa r-raġel li tilef ħajtu fl-inċident li seħħ fid-Dwejra

Manuel Ciantar ġie identfikat bħala r-raġel ta’ 50 sena mir-Rabat, li tilef ħajtu traġikament fl-inċident li seħħ it-Tlieta waranofsinhar, fid-Dwejra limiti tal-Imġarr.

Huwa tilef miet wara li kien qiegħed isuq trakk esperjenza xi ħsarat f’niżla – bir-riżultat li t-trakk waqa’ madwar żewġ sulari għal sit ta’ kostruzzjoni.

Fil-post, isejjħu ambulanza, tim mediku mill-Isptar Mater Dei u anke l-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu lir-raġel f’dan l-inċident, tliet kwarti wara li seħħ l-inċident. Iżda, sfortunatament, ir-raġel kien iċċertifikat mejjet fil-post.

Huma bosta il-persuni li qed isellmu l-memorja ta’ Ciantar fuq il-midja soċjali u jiddeskrivuh bħala raġel b’qalb kbira u li jħobb jgħin lil kulħadd.