Kurżitajiet Lokali

PROFILI: “Kien litteralment ħebb għalija għax ħaseb li qed nitmejjel bih” – Andre Penza

Fi PROFILI tal-lejla se nkunu qed niltaqgħu ma’ Andre Penza, attur li l-ħidma tiegħu misset ma’ ħajjet bosta żgur mhux forsi. Fir-rakkont tat-tfulija u l-karriera, il-profil se jgħidilna numru ta’ esperjenzi li ħafna ma jafux.

“Kont ninterpreta karattru ta’ wieħed li jaqbad ma’ ħuh għax kien itemtem… kien hemm nies ma kenux jagħmlu distinzjoni li dak mhux vera jien.”

Il-profil huwa minn Ħal Luqa, u fir-rakkont se nidħlu dwar meta l-ewwel darba tela’ fuq il-palk u t-tant karattri li interpreta.

Miegħu se nitkellmu wkoll fuq l-għożża tal-familja, u l-valuri li wieħed għandu jħaddan qabel jieħu kwalunkwe pass fil-ħajja, inkluż fid-drama.

PROFILI, illejla fid-9.35pm fuq NET TV, bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ James Aaron Ellul, b’muntaġġ ta’ Bernice Seychell.

Wieħed jista’ jsegwi l-episodji kollha ta’ ‘PROFILI’ fuq YouTube jew anki fuq Spotify.

Tags