Lokali

Roderick Galdes jgħid li qed iħossu “seren”

Wara s-sejħa mill-Kap tal-PN Alex Borg biex il-Ministru tal-Housing jirriżenja, Roderick Galdes qed jibqa’ jinjora l-akkużi serjissimi li hemm fil-konfront tiegħu.

F’messaġġ ippubblikat ftit tal-ħin ilu fuq il-media soċjali, Galdes stqarr biss li hu dejjem mexa mal-liġi.

“Inħossni seren meta naf li jiena dejjem imxejt mal-liġi kif ukoll iddikjarajt l-assi tiegħi kull sena fil-Parlament Malti.”

Fil-verità, l-assi tal-Ministri għadhom moħbiji f’Kastilja. U ħadd ma jaf eżatt x’iddikjaraw il-membri tal-Kabinett.