It-tfittxija għall-fdalijiet tal-ajruplan Boeing li ilu nieqes mill-2014 għandha tkompli, mill-ġdid, fit-30 ta’ Diċembru.
Dan meta l-każ tal-ajruplan tal-Malaysia Airlines– li litteralment sparixxa waqt titjira b’239 abbord — għadu sallum meqjus fost l-akbar misteri tal-avvjazzjoni moderna….Misteru li, issa, qed iwassal għal fażi oħra tat-tfittxija bil-għan li tinstab forma ta’ spjegazzjoni dwar it-traġedja, ‘għaxar snin wara’.
Fil-fatt, it-tfittxija għal Titjira MH370 kienet bdiet f’Marzu li għadda iżda kellha tkun sospiża minħabba l-kundizzjonijiet tat-temp. Intant,mifhum li l-fażi li jmiss tat-tfittxija għandha ddum għaddejja għal 55 jum.
Il- Boeing 777 tal-Malaysia Airlines kien għeb (fl-2014) waqt vjaġġ minn Kuala Lumpur, fil-Malasja, lejn Beijing, il-belt kapitali taċ-Ċina.
Il-Ministeru tat-Trasport fil-Malasja qal, sadanittant, li din it-tfittxija tenfasizza l-impenn tal-pajjiż biex jikseb ‘it-tweġibiet kollha possibbli’ għall-familji kollha affettwati minn dik it-traġedja.
//= $special ?>

