Raġel ta’ 33 sena residenti l-Marsa sofra xi ġrieħi wara li kien involut f’ħabta bil-mutur tiegħu tal-għamla Kymco Agility ma’ karozza tat-Tip Hyundai I10 misjuqa minn Franċiza ta’ 41 sena li passiġġiera magħha kellha mara ta’ 25 sena residenti San Pawl il-Baħar
L-inċident seħħ it-Tlieta għal ħabta tad-09:10 ta’ filgħaxija fi Triq Mikiel Anton Vassalli magħrufa aħjar bħala Regional Road.
Fil-post issejħu l-pulizija u tim mediku sabiex jassistu. Minn stħarriġ preliminari irriżulta li ż-żewġ nisa ma weġġawx filwaqt li s-sewwieq tal-mutur sofra xi ġrieħi u għalhekk kellu jittieħed l-isptar għal aktar assistenza medika. Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa
L-investigazzjonijiet tal-pulizija b’rabta mal-każ għadhom għaddejjin.
//= $special ?>

