Edukazzjoni Lokali

Studenta tiddaħħal l-isptar wara ġlieda fl-iskola ta’ Ħad-Dingli

Net News jista’ jikkonferma li tifla ta’ 14-il sena ddaħħlet l-isptar Mater Dei wara każ ieħor serju fi skola – din id-darba fil-Kulleġġ San Nikola ta’ Ħad-Dingli.

Membri tal-istaff li jaħdmu f’din l-iskola qalulna li fil-ġlieda kienu involuti żewġ tfajliet li jattendu f’din l-iskola sekondarja.

It-tifla kellha tittieħed mill-iskola b’ambulanza minħabba l-aggressjoni li sofriet.

Mhux magħruf eżatt kif eskala dan il-każ, u x’kienet id-dinamika ta’ dan l-argument jaħraq. Mhux magħruf eżatt lanqas jekk kienx hemm aktar studenti involuti.

Jirriżulta wkoll li l-każ ma ġiex rappurtat lill-Pulizija.