“Traġedja li setgħet u kellha tiġi evitata.”
Kien b’dan il-kliem li Isabelle Bonnici, fakkret it-3 snin mit-traġedja li ħasdet il-ħajja ta’ binha Jean Paul Sofia – iż-żagħżugħ li tilef ħajtu traġikament wara li waqgħet binja ta’ fabbrika f’Kordin lura fl-2022.
F’post fuq il-midja soċjali ommu fakkret il-memorja ta’ Jean Paul, filwaqt li esprimiet il-vojt kbir li ħalliet f’qalba t-telfa ta’ binha.
Fl-istess post l-omm tellgħet żewġ ritratti ta’ binha u stqarret li dawn ifakkruha f’xi ħaġa li ż-żmien ma jista’ qatt iħassar. U li minkejja dak kollu li għaddiet f’ħajjitha, dejjem sabet li Jean Paul hemm għaliha u għadu jkun ta’ spalla sallum il-ġurnata.
L-omm qalet li hija kburija bil-ġuvni li kien Jean Paul u bil-marka pożittiva li ħalla fuq din id-dinja. Saħqet li hi determinata li tagħmel ċert “li ismu ma jintesa qatt.” U saħqet li dan il-vjaġġ għall-ġustizzja mhuwiex biss għalih iżda għal kull vittma li safa jbati fis-silenzjuż minħabba n-negliġenza ta’ ħaddieħor.
Wieħed isir ifakkar li kien grazzi għal Partit Nazzjonalista li b’rabta ma’ dan il-każ kienet saret inkjesta pubblika għaliex il-Partit Laburista u l-Prim Ministru Robert Abela kien irreżistiha.
U mhux talli hekk- iżda talli matul is-sajf li għadda sirna nafu li Kurt Buhagiar li huwa wieħed mill-persuni akkkużati li kien involut fil-qtil involontarju ta’ Jean Paul Sofia ingħata lura xogħlu mal-Lands Authority – xi ħaġa li kisbet kliem qawwi ta’ kundanna mill-istess Isabelle Bonnici.
//= $special ?>

