Futbol Sport

Valletta l-ewwel tim fil-finali tal-Jubilee Cup

(Ritratt: Andrew Grima)

VALLETTA…………………………..2

TARXIEN RAINBOWS……….0

Valletta: A.dos Santos, S.Borg, A.Zammit (K.Ewurum 90′), B.Paiber, J.Azzopardi (Z.Cassar 66′), Y.Yankam, S.Brewer JR, N.Anthony Micallef, Y.Messias (K.Ewurum 90′), S.Radic, E.Pinto Gomes (T.Aldama 46′)

Tarxien Rainbows: M.Spiteri, M.D’Alessandro, T.Santos (O.De Barros 71′), E.Junior (J.Quitongo 56′), G.Vella (L.Anthony Borg 82′), S.Mizzi, K.Donsu (C.Barbosa 82′), R.Tavares, W.Dos Santos (N.Da Silva 56′), A.Vella, M.Grima

Referee: Matthew De Gabriele

Imwissija: S.Borg 31′, N.Anthony Micallef 45′, T.Aldama 90′ (V), S.Mizzi 81′ (T)

Tkeċċew: N.Anthony Micallef 58′ (V), R.Tavares 76′ (T)

Skorjaw: Y.Messias 70′, B.Paiber 90′ (V)

Ritratt: Andrew Grima

Valletta saru l-ewwel tim li kkwalifika għall-finali tal-Malta FA Jubilee Cup meta fis-semi finali għelbu lil Tarxien Rainbows mingħajr ebda diffikulta’. Partita dominata għal kollox mill-Beltin li rnexxielhom jiskorjaw biss wara 70 minuta logħob.

Sfortuna kbira għat-tim ta’ Valletta hekk kif se jilagħbu l-finali mingħajr id-difensur laterali Neil Anthony Micallef hekk kif il-plejer intwera żewġ karti sofor u kellu jħalli l-grawnd.

Valletta jiftħu l-iskor wara 70 minuta permezz ta’ azzjoni mill-isbaħ ta’ Yuri Messias li wara l-partita tal-kwarti finali kontra Ħamrun Spartans, reġa kien deċiżiv f’din il-partita kruċjali.

It-tieni gowl jasal wara 6 minuti ħin miżjud minn ħarba veloċi tas-sostitut Thaylor Aldama mil-lemin li jilagħab lejn in-nofs u jsib lill-captain Brandon Paiber li xeħet ġewwa mill-viċin.

Tarxien Rainbows ħasbu li naqqsu d-distakk meta ftit sekondi wara li kkonċedew it-tieni gowl skorjaw gowl permezz ta’ Jai Quitongo, madankollu wara konsultazzjoni tar-referee mal-VFS mitluba mill-kowċ ta’ Valletta, Thane Micallef il-gowl ġie mħassar.

Ritratt: Andrew Grima