Lokali Qorti

13-il sena ħabs u multa ta’ €25,000 wara li ammetta traffikar ta’ kokaina u pusses ta’ eroina

Fil-Qorti Kriminali, quddiem l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera, Dean Martin, raġel Malti ta’ 45 sena, residenti l-Ħamrun ġie kkundannat 13-il sena ħabs u multa ta’ €25,000 wara li ammetta flok għadda ġuri fuq serje ta’ reati relatati mat-traffikar ta’ kokaina u l-pusses ta’ eroina, reati li kienu jistgħu jwasslu għal sentenza ta’ għomor il-ħabs.

Il-prosekuzzjoni flimkien mal-Avukat tad-difiża Joe Giglio u Micheala Giglio waslu għal qbil fis-sentenza li kienet waħda ridotta. Skont il-prosekuzzjoni, Martin kien involut fl-assocjazzjoni ma’ persuna oħra biex jippromwovi t-traffikar ta’ kokaina f’Malta.

L-investigazzjoni tal-pulizija wriet li Martin kien jivvjaġġa l-aktar b’karozza Volkswagen Bora u kien imexxi l-kokaina minn garaxx fil-Marsa u punti oħra ta’ distribuzzjoni. Kienu nstabu ammonti konsiderevoli ta’ kokaina, madwar sitt kilogrammi b’purezza ta’ madwar 80%, b’valur fit-triq stmat bejn €108,000 u €480,000.

Il-kawżi imressqa kontra Martin kienu wkoll dwar il-bejgħ u t-traffikar tal-kokaina. Martin kien iħaddem il-kokaina li kien jikseb minn persuna oħra u jaqsamha fi blokok biex jinbiegħu. Huwa kien jirċievi madwar €200 għal kull blokka, u l-intenzjoni kienet ċara li l-kokaina kienet biex tinbiegħ, mhux għall-użu personali.

Fl-istess waqt, instab li Martin kellu kokaina fil-pusses tiegħu f’ħafna kwantitajiet, li kienet maħsuba għat-traffikar u mhux għall-użu personali. Barra minn hekk, Martin kien ammetta li kien ilu juża l-eroina għal madwar 20 sena, u dan kien għall-użu personali biss. Sadanittant fir-residenza tiegħu fil-Ħamrun kienu nstabu wkoll ftit aktar minn €5,000 fi flus kontanti.

Irriżulta wkoll mir-rapport tal-espert xjenzat, li l-ammont ta’ droga kokaina li instabet fil-basket tal-karti li nstab fil-vettura misjuqa mill-akkużat Dean Martin kien jammonta għal total ta’ 2.147kg, mentri l-ammont tad-droga kokaina li instabet fil-garaxx li kien jintuża mill-akkużat Dean Martin fi Triq il-Qaddiefa l-Marsa, kien jammonta għal total ta’ 3.859kg.

L-Avukat Ġenerali fil-bidu kien qed jitlob sentenza ta’ ħabs perpetwu għall-każijiet ta’ traffikar u assocjazzjoni biex jippromwovi t-traffikar, flimkien ma’ multa finanzjarja sostanzjali u konfiskazzjoni ta’ proprjetà relatata mar-reati. Madankollu, Martin, permezz tal-avukati tiegħu wasal fi ftehom mal- prosekuzzjoni biex jibbenifka minn sentenza potenzjalment inqas ħarxa.

Fl-aħħar, wara l-qbil mal-Avukat Ġenerali, Dean Martin ġie kkundannat għal 13-il sena ħabs u multa ta’ €25,000. Dan il-qbil kien jirrikonoxxi l-gravità tar-reati relatati mat-traffikar tal-kokaina, filwaqt li kkunsidra d-distinzjoni bejn il-kokaina għall-bejgħ u l-eroina għall-użu personali.