Kien hemm 65 studenti li attendew għall-programm ISEP (International Exchange Programme). B’kollox applikaw biex jistudjaw barra 234 mill-2016 ‘il hawn.
Clifton Grima qal fil-Parlament għal interpellanza tad-Deputat Nazzjonalista Bernice Bonello li fis-sena akkademika 2015/2016 applikaw 14 u studjaw barra 2; fl-2016/2017 kien hemm 10 applikanti u marru 4, fl-2017/2018 applikaw 12 u studjaw barra 5; fl-2018/2019 kien hemm 20 li applikaw u ntgħażlu 7; fl-2019/2020 applikaw 13 u marru 6; fis-sena akkademika 2020/2021 ma’ mar ħadd minħabba l-Covid għalkemm kienu applikaw 14; fl-2021/2022 kienu applikaw 22 u studjaw barra 6; fl-2021/2022 kienu applikaw 36 u marru 14; fl-2023/2024 marru 2 u kienu applikaw 19; din is-sena akkademika hemm jistudjaw barra 13 u applikaw 35; waqt li fis-sena akkademika li jmiss se jkun hemm 6 studenti jistudjaw barra minn 39 li applikaw.
Minn din l-istatistika jirriżulta li għas-sena akkademika li jmiss hemm l-aktar applikazzjonijiet biex studenti jistudjaw barra.
//= $special ?>

