L-ispiża għall-materjal u x-xogħol biex iz-zona tal-picnics f’Ta Qali nksiet bir-ramel u ż-żrar ġiet tiswa €311,141.84.
Dan ħareġ minn mistoqsija parlamentari li staqsiet ix-Shadow Minister Rebekah Borg lill-Ministru Chris Bonett, b’dan l-ammont ma jinkludiex il-VAT.
Bix-Shadow Minister Rebekah Borg tressaq Mistoqsija Parlamentari oħra biex tistaqsi lil Bonett jwieġeb u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dokumentazzjoni teknika dwar il-kwalità tal-materjal li ntuża biex inksiet iż-żona tal-picnics f’Ta’ Qali.
Bil-Ministru Bonett minn naħa tiegħu jippreżenta karta waħda, fejn fiha hemm miktub x’tip ta’ materjal intuża ‘Sand Low fines (0/4), però li ma tinkludiex informazzjoni oħra relevanti bħal ċertifikazzjoni u analiżi ambjentali.
Barra minn hekk minn Freedom of Information request, sar magħruf li ma nħareġ l-ebda tender għal dan ix-xogħol.
Mhux hekk biss iżda lanqas biss nħarġu permessi biex isir it-tibdil.
Minn din l-FOI sar magħruf ukoll li danl-akkwist sar b’direct order, li ingħatat lill-kuntrattur Bonnici Bros Ltd, hekk kif ma nħareġ l-ebda tender publiku. Bir-raġuni tkun li Bonnici Brother kien diġa’ qed jagħmel xi xogħol fil-viċin. Huwa fatt magħruf minn bosta li Bonnici Brothers huma ħbieb personali tal-Prim Ministru Abela. Tant li fil-passat Abela kien serva ta’ konsulent legali ta’ din il-kumpanija u kien involu tukoll f’deal kontroversjali li saraf f’iktar minn €45,000 ta’ profit għalih. B’dan il-kuntratt ma jkunx l-unika wieħed li jingħata lil Bonnici Brothers mingħand il-Gvern.
Minn din l-FOI sar magħruf ukoll li ma nkiseb l-ebda permess mill-ERA.
Intant issa, wara li għadda Settembru, Otturbu u Novembru wkoll il-ħaxix għadu ma tfaċċax, dan minekjja li l-wegħda kienet li wara x-xita, kien se jibda jispunta l-ħaxix.
Kollox beda f’nofs is-sajf meta l-Gvern iddeċieda li jiksi din iz-zona mill-isbaħ f’Ta’ Qali b’tunnellati ta’ ramel. Bid-Delegat Speċjali tal-Labour Jason Micallef jinsisti li dan li intuża kien ramel apposta.
Mal-ewwel, ħafna attivisti u ambjentalisti saħqu li l-ħaxix qatt ma jista’ jikber lura kif kien.
Bir-riżultat li wieħed l-akbar spazji miftuħa f’pajjiżna tħalla f’dan l-istat.
F’Settembru, l-uffiċjal Laburista Jason Micallef – li huwa nkarigat sabiex jieħu ħsieb l-implimentazzjoni tal-manifest elettorali tal-Partit Laburista – kien ħareġ jattakka lill-preżentatriċi Trudy Kerr sempliċiment għaliex kritikat din il-mossa.
//= $special ?>
