Minn xahrejn oħra, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi ħabbret li l-bżieżaq tal-plastik u konfetti mhux se jibqgħu jitħallew jiġu rilaxxati. Ir-regolamenti l-ġodda se jipprojbixxu wkoll il-bejgħ jew użu ta’ konfetti tal-plastik wara perjodu ta’ 6 xhur ta’ tranżizzjoni.
L-Avviż tal-ERA se jagħmluha possibbli li l-bżieżaq jibqgħu jintużaw għall-festi; imma hu meħtieġ li dawn ikunu mqabbda ma’ xi piż.
L-ERA qed tgħid li din l-azzjoni se tgħin biex jitnaqqas l-iskart tal-plastik u pajjiżna jinżamm nadif.
//= $special ?>

