Internazzjonali

Il-parteċipazzjoni ta’ Iżrael thedded il-futur tal-konkors tal-Eurovision

Il-konkors tal-Eurovision jinsab f’punt kritiku u qed jaffaċċja waħda mill-akbar kriżijiet politiċi fl-istorja tiegħu, hekk kif il-membri tal-EBU ser jiltaqgħu f’Ġinevra biex jiddiskutu jekk Iżrael għandux jibqa’ fil-kompetizzjoni.

Din id-deċiżjoni qed tittieħed fost protesti li dejjem qed jikbru minħabba t-tensjoni politika dwar il-gwerra f’Gaza, kif ukoll akkużi li l-votazzjoni setgħet kienet influwenzata.

Pajjiżi bħall-Irlanda, Spanja, l-Olanda u s-Slovenja heddew li jibbojkotjaw il-festival jekk Iżrael jieħu sehem is-sena d-dieħla, filwaqt li l-Ġermanja qalet li tista’ tirtira jekk Iżrael jiġi esklużi.

Il-kontroversja bdiet wara li l-attivisti ppruvaw ifixklu l-finali tal-2025, u wara l-prestazzjoni tar-rappreżentanta Iżraeljana li spiċċat fit-tieni post b’vot qawwi mill-pubbliku. Xi pajjiżi akkużaw li dan ir-riżultat seta’ kien imsaħħaħ minn kampanja ta’ reklamar sostnuta mill-gvern Iżraeljan.

B’reazzjoni għal dan it-tħassib, l-EBU introduċiet regoli ġodda biex tillimita l-influwenza tal-gvernijiet u żżid il-kontroll fuq il-proċess tal-votazzjoni, bit-tama li tnaqqas it-tensjonijiet u tipproteġi l-imparzjalità tal-konkors.

Iżrael ċaħad l-akkużi kollha u sostna li qed josserva r-regoli tal-EBU b’mod sħiħ.