L-iktar trofew prestiġjuż fid-dinja tal-futbol, it-Tazza tad-Dinja waslet fil-belt kapitali tal-Istati Uniti, Washington D.C., hekk kif ninsabu ftit xhur il-bogħod mill-bidu eċitanti tat-Tazza tad-Dinja 2026 li se ssir fl-Istati Uniti, fil-Messiku u fil-Kanada.
Din l-okkażjoni tasal hekk kif għada jitilgħu l-poloż ta’ din il-kompetizzjoni mondjali.
It-Tazza tpoġġiet għall-esebizzjoni fil-ohn F.Kennedy Centre for the Performing Arts. Apparti li t-trofew kien esebit, il-leġġenda ta’ Manchester United, u wieħed mir-rappreżentanti tal-FIFA, Rio Ferdinand kien preżenti flimkien ma’ rappreżentanti oħra tal-Federazzjoni li laqgħu lill-midja sabiex jaraw fejn se jsir it-tlugħ tal-poloz.
Numru ta’ leġġendi sportive se jieħdu sehem f’din iċ-ċerimonja fosthom l-istess Rio Ferdinand, l-istilla tal-NFL Tom Brady, l-eks plejer tal-Ice Hockey Wayne Gretzku, il-plejer tal-Baseball ta’ New York Yankees Aaron Judge kif ukoll l-eks plejer leġġendarju tal-Basketball, Shaqueille O’Neal, flimkien ukoll mal-preżentrattrici ta’ fama’ mondjali, Samantha Johnson.
L-erbgħa pots diġa magħrufa huma dawn:
Pot 1:
Il-Kanada
Il-Messiku
L-Istati Uniti
Spanja
L-Arġentina
Franza
L-Ingilterra
Il-Brażil
Il-Portugall
L-Olanda
Il-Belġju
Il-Ġermanja
Pot 2:
Il-Kroazja
Il-Marokk
Il-Kolombja
L-Urugwaj
L-Iżvizzera
Il-Ġappun
Is-Senegal
L-Iran
Il-Korea t’Isfel
L-Ekwador
L-Awstrija
L-Awstralja
Pot 3:
In-Norveġja
Il-Panama
L-Eġittu
L-Alġerija
L-Iskozja
Il-Paragwaj
It-Tuneżija
Il-Kosta tal-Avorju
L-Użbekistan
Il-Qatar
L-Arabja Sawdija
L-Afrika t’Isfel
Pot 4:
Il-Ġordan
Cabo Verde
Il-Ghana
Curacao
Il-Haiti
New Zealand
Ir-rebbieħ ta’ play-off A tal-Ewropa (Wieħed minn: Italja, Irlanda ta’ Fuq, Wale, Bosnja Ħerżegovina)
Ir-rebbieħ ta’ play-off B tal-Ewropa (Wieħed minn: Polonja, Żvezja, Ukrajna, Albanja)
Ir-rebbieħ ta’ play-off C tal-Ewropa (Wieħed minn: Turkija, Slovakkja, Rumanija, Kosovo)
Ir-rebbieħ ta’ play-off D tal-Ewropa (Wieħed minn: Repubblika Ċeka, Irlanda, Danimarka, Maċedonja ta’ Fuq)
Ir-rebbieħ ta’ play-off 1 tal-FIFA (Wieħed minn: DR Congo, Ġamajka jew New Caledonia)
Ir-rebbieħ ta’ play-off 2 tal-FIFA (Wieħed minn: Bolivja, Iraq jew Suriname)
//= $special ?>

