Nazzareno Abela, ta’ 41 sena, ammetta li hedded ġurnalist tat-TVM wara rapport tal-aħbarijiet nvolva membru mill-familja tiegħu. Abela bagħat seba’ messaġġi bil-vuċi fuq il-media soċjali mimlija kliem offensiv u theddid lill-kap ta’ aħbarijiet tat-TVM, Owen Galea, fi żmien 90 minuta wara l-pubblikazzjoni ta’ artiklu online.
Hu tressaq quddiem il-Qorti fuq akkużi ta’ użu ta’ kliem offensiv u theddid, iżda d-dettalji ta’ dak li ġie qal fil-messaġġi ma ġiex żvelat fil-Qorti. L-imputat ammetta l-akkużi kollha meta tressaq il-Ħamis u stqarr li jiddispjaċih, filwaqt li Galea laqa’ l-apoloġija. “Ma nerġax nagħmel hekk, jiddispjaċini,” qal Abela.
L-Avukat tiegħu, Victor Bugeja, spjega li Abela kien qed jaġixxi f’saħna tal-mument u malajr fehem li dak li għamel kien żbaljat. Il-Qorti kkundannat lil Abela għal ordni ta’ probation ta’ tliet snin u ordnat li jattendi korsijiet sabiex jikkontrolla r-rabja.
L-ispettur Joseph Mercieca għall-prosekuzzjoni u l-avukat Shaun Zammit, li wieġeb għal parte civile għall-ġurnalist, qalu li jaqblu mas-sentenza. Abela ngħata wkoll ordni ta’ restrizzjoni u ma tħalliex ikollu kuntatt ma’ Galea jew membru mill-familja tiegħu.
“Nazzareno għandek tkun taf, li kieku tisker waħda minn dawn il-kundizzjonijiet, tista’ tiffaċċja sentenza ta’ ħabs u multa kbira,” wissieh il-maġistrat Victor Axiak.
//= $special ?>

