Lokali

Jum Internazzjonali tal-Voluntarjat


L-Assoċjazzjoni għall-Għaqdiet Mhux Governattivi ta’ Għawdxin nhar il-Ġimgħa 5 ta’ Diċembru 2025 se tiċċelebra l-Jum Internazzjonali tal-Voluntarjat billi ser torganizza taħdita dwar “QUINTESSENTIAL GOZO 2025, 100 Proposta għall-Gżejjer Għawdxin”, mill-Kavallier Dr. Raymond C. Xerri, Segretarju Ġenerali tal-Gozo NGOs Association li issa qed tiġi amministrata minn kumitat
ġdid.
Il-Jum Internazzjonali tal-Volontarjat hu osservanza annwali mandata min-Nazzjonijiet Uniti biex tiċċelebra u tippromwovi l-kontribuzzjonijiet tal-voluntiera madwar id-dinja. Biex tirrikonoxxi l-kontribuzzjonijiet tagħhom lis-soċjetà u l-għanijiet ta’ żvilupp sostenibbli. L-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti ddeż injat il-jum fl-1985.
It-taħdita se ssir fiċ-Ċentru tal-Għaqdiet Mhux Governattivi. L-Għaqdiet
Għawdxin u l-pubbliku ġenerali huma mistiedna jattendu.
Għal aktar informazzjoni ċempel 99427633