Internazzjonali

Laqgħat importanti fi Florida biex jintlaħaq qbil

Il-Mibgħut Speċjali tal-Istati Uniti Steve Witkoff se jkun qed jiltaqa’ ma’ Rustem Umerov sabiex filmkien jiddiskutu l-pjan għall-paċi fl-Ukrajna – laqgħa li se ssir illejla f’Miami.

Dawn it-taħdidiet se jsiru wara li Witkoff qatta’ ħames sigħat sħaħ ma’ Vladimir Putin; iżda xorta baqa’ ma ntlaħaq ebda kompromess.

Il-pożizzjoni tal-UE tibqa’ waħda ċara quddiem dawn l-iżviluppi – li l-Ukrajna xorta għandha tissieħeb fin-NATO, għaliex dan ikun l-uniku deterrent reali kontra attakk futur mir-Russi, f’każ li jintlaħaq qbil għall-paċi.