Bologna irnexxielhom jikkwalifikaw għall-kwarti finali meta dawru l-iskor kontra Parma u rebħu bl-iskor finali ta’ 2-1.
Parma ħadu l-vantaġġ wara 13-il minuta logħob hekk kif Adrian Benedyczak ħarab bil-ballun max-xellug u kkonkluda ġewwa bil-kalma minn suġġeriment ta’ Lovik.
Gowl simili biex Bologna jirrispondu din id-darba fit-38 minuta hekk kif Jonathan Rowe kkonkluda fil-baxx u għamel l-iskor indaqs.
Il-gowl tar-rebħa jasal fid-89 minuta hekk kif l-attakkant prolifiku Santiago Castro xeħet ġewwa bir-ras minn kross ta’ Emil Holm.
Minkejja l-istaġun pożittiv li qed ikollhom Milan fis-Serie A taħt it-tmexxija ta’ Massimiliano Allegri, huma nqalgħu mill-Coppa Italia hekk kif soffrew telfa ta’ 1-0 kontra Lazio.
Il-gowl tar-rebħa kien skorjat minn Mattia Zaccagnia fit-80 minuta. Milan ma rnexxielhom jirkupraw l-iżvantaġġ fl-aħħar għaxar minuti logħob biex Lazio għaddew mal-aħħar tmienja.
Lazio jeliminaw lil Milan u jikkwalifikaw mal-aħħar tmienja, Bologna ukoll jgħaddu b’rebħa fuq Parma


