Manchester United kienu ftit mument ‘l bogħod milli jiksbu t-tieni rebħa nfila, madankollu West Ham irnexxielhom jiskorja lejn it-tmiem biex isalvaw punt.
Dan ir-riżultat ikompli jkabbar il-problemi wkoll għal West Ham United li sfortunatament issa jinsabu fit-18-il post wara 14-il partita, b’total ta’ 12-il punt. West Ham niżlu fiz-zona tar-relegazzjoni anke minħabba r-rebħa sorprendenti li kisbu Leeda United fuq Chelsea l-Erbgħa li għadda.
IL-ewwel gowl tal-partita kien skorjat mid-difensur laterali Portugiż Diogo Dalot fit-58 minuta.
Il-midfielder Franċi’ Mangassa skorja l-gowl tad-draw f’Old Trafford fit-83 minuta.
Manchester United miċħuda minn tliet punti f’Old Trafford


