Il-Partit Nazzjonalista jemmen f’dan is-settur u fil-potenzjal tiegħu. Dan għaliex il-qasam marittimu hu settur primarju u prinċipali għall-ekonomija Maltija.
Hekk sostna l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg waqt laqgħa li kellu mal-Malta Maritime Forum, fejn intlaqa’ miċ-charperson tal-Forum Godwin Scerri.
Waqt din il-laqgħa, Alex Borg tenna fuq il-bżonn li jkun hemm iktar taħriġ – li jwassal għal workforce iktar b’saħħitha. Alex Borg spjega wkoll li jeħtieġ li pajjiżna jkollu centralised logistic hub, dan filwaqt li stqarr li l-Partit Nazzjonalista qed jaħdem fuq pożizzjoni biex jissaħħah il-bunkering f’pajjiżna.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista saħaq li l-Partit Nazzjnalista jibqa’ favur awtorità speċifika għall-maritimmu, u ministru speċifiku għal dan is-settur.

Dwar il-Grand Harbour Regeneration Programme, Alex Borg sostna li dan il-pjan għandu jibqa ffukat fuq l-ambitu marritimu.
Dan filwaqt li x-Shadow Minister Ivan Castillo tkellem dwar l-importanza tal-edukazzjoni għas-settur marittimu, fejn fost l-oħrajn tkellem dwar kif l-MCAST tista’ żied aktar korsijiet relatati ma’ dan il-qasam.

Godwin Scerri minn naħa tiegħu stqarr li l-Malta Maritime Forum jaqbel ħafna mal-viżjoni tal-Partit Nazzjonalista għal dan is-settur.
Alex Borg esprima wkoll ringrazzjament lil dan il-forum tal-istedina kif ukoll ingħaqad mal-forum biex jifraħ lil Ann Fenech, il-President tal-Comité Maritime International, għad-diversi kisbiet tagħha kemm lokalment kif ukoll internazzjonalment.



