L-aġenti tal-FBI, fl-aħħar sigħat, żammew raġel taħt arrest u li kien qed jgħinhom dwar każ li ilu għal dawn l-aħħar ħames snin suġġett għal investigazzjoni estensiva fuq livell federali.
L-arrest hu relatat mat-tqegħid ta’ żewġ pipe bombs barra l-kwartieri-ġenerali tal-Kumitati Nazzjonali tar-Repubblikani u d-Demokratiċi f’Washington…Attentat li kien seħħ f’lejliet l-irvellijiet storiċi tas-6 ta’ Jannar tal-2021 f’Capitol Hill, fejn il-partitarji tal-President Amerikan attwali, Donald Trump, kienu assedjaw is-sede tal-poter biex jipprotestaw dwar l-elezzjoni presidenzjali li Trump kien tilef kontra Joe Biden f’Novembru tal-2020.
Il-pipe bombs kienu ġew deattivati mingħajr inċident u bit-tfittxija għar-raġel tibqa’ konsistenti tul l-aħħar snin. Dan meta kien qed ikun offrut premju ta’ $500,000 għall-informazzjoni li setgħet twassal għall-arrest tal-aggressur.
L-FBI, intant, għandha fil-pussess filmat li juri persuna mhix identifikata waqt li qed tqiegħed waħda mil-bombi barra l-kwartieri tal-Kumitat Nazzjonali tad-Demokratiċi u fejn, wara, tidher ukoll waqt li qed tqiegħed il-bomba l-oħra f’sit differenti tal-Capitol.
//= $special ?>

