Il-midja soċjali hija parti integrali mill-ġurnata ta’ kuljum, u fl-aħħar snin offriet numru ta’ opportunitajiet għaż-żgħażagħ, anzjani u familji fost l-oħrajn. Iżda offriet wkoll numru ta’ sfidi.
Għalhekk dan is-suġġett qed iqajjem numru ta’ diskussjonijiet anke fuq livell nazzjonali, hekk kif tnediet konsultazzjoni pubblika li se tkun qed testendi sas-27 ta’ Frar tal-2026.
Dan sabiex kulħadd ikollu ċ-ċans jesprimi l-opinjonijiet tiegħu dwar is-salvagwardji li għandu jimplimenta l-Gvern sabiex nipproteġu lill-vulnerabbli.
Id-dokument ta’ konsultazzjoni pubblika jinkludi numru ta’ mistoqsijiet, fosthom kif jista’ jissaħħaħ il-litteriżmu diġitali fost it-tfal u l-ġenituri, x’jista jsir sabiex il-ġenituri jirrapportaw it-tħassib fuq suspetti ta’ abbuż aktar faċli, jekk Malta tistax taddotta prattiċi tajbin minn pajjiżi oħra, u x’sanzjonijiet għandu jkun hemm fir-rigward ta’ accounts fuq pjattaformi taħt l-etajiet stabbiliti.
Intant, fl-aħħar xahar, l-Unjoni Ewropea addottat riżoluzzjoni li tappella sabiex tfal taħt is-16-il sena ma jkollhomx aċċess għall-midja soċjali ġaladarba ma jkunx hemm kunsens mill-ġenituri.
//= $special ?>

