Lokali

Tkompli s-saga tal-ħaddiema li ġew issensjati eżatt qabel il-festi tal-Milied

Il-General Workers’ Union ikkundannat b’mod qawwi lil Microtek Medical wara li din naqset li tippreżenta xi forma ta’ pakkett bħala kumpens għas-96 ħaddiem affettwat mill-għeluq tal-impjant tagħha f’pajjiżna. 

Dawn il-ħaddiema ġew issensjati fl-aħħar jiem, eżatt qabel il-festi tal-Milied.

Il-GWU minn naħa tagħha kkritikat ir-regħba globali ta’ Medline li, minkejja d-dħul enormi tagħha, qed tħalli lill-familji Maltin bla appoġġ anke f’dan iż-żmien tas-sena. 

It-tilwima issa mistennija tiġi eskalata fuq livell Ewropew mill-GWU.