Lokali

Tliet nisa Maltin li jsalvaw il-klieb se jieħdu 15-il kelb li jixirqilhom futur aħjar fuq vjaġġ ta’ 3,500 km minn Malta sal-Irlanda

F’missjoni ispirata minn determinazzjoni, sagrifiċċju u l-kompassjoni, tliet nisa Maltin — Althea Galea, Rosaria Gerada u Claire Mifsud — se jibdew vjaġġ ta’ 3,500km b’ vann minn Malta sal-Irlanda fl-10 ta’ Diċembru, fejn personalment se jieħdu 15-il kelb li kienu minsija għal snin twal, ħafna minnhom tal-breed “bully”, li ilhom jistennew wisq għal ċans ġdid fil-ħajja.

Rosaria Gerada u Althea Galea ilhom jaħdmu flimkien mill-2023 biex jagħtu kenn lill-klieb li ma jkollhomx futur fejn jgħixu f’Malta u jippruvaw issibulhom post lill’ hinn minn Malta. Ix-xogħol tagħhom diġà salva għexieren ta’ annimal.

L-imħabba li Rosaria Gerada għandha mal-klieb abbandunati wasslitha għal deċiżjoni li biddlet ħajjitha.
Biegħet dak kollu li kellha f’Malta biex tixtri biċċa art u dar fl-Irlanda , li eventwalment saret santwarju għal klieb li ilhom snin injorati.

Fl-2023, Rosaria wettqet l-ewwel missjoni kbira tagħha, fejn irrilokat 20 kelb u 10 qtates minn Malta għall-Irlanda. Minn dakinhar, kompliet tibgħat gruppi iżgħar permezz ta’ persuni liċenzjati.

Our Rescues Foundation m’għandhiex post fejn iżomm l-annimali f’xelters hawn Malta u għalhekk il-klieb kollha salvati jridu jinżammu f’postijiet privati, u għalhekk dan issarraf fi spiża kbira. Dawn l-ispejjeż kontinwi — flimkien ma’ kura veterinarja, ikel u trasport — ipoġġu pressjoni kontinwa fuq ir-riżorsi ta din il-fondazzjoni, u jagħmlu dawn il-missjonijiet ta’ rilokazzjoni essenzjali biex jinħeles l-ispazju u jiġu salvati aktar klieb.

Il-klieb magħżula għal dan il-vjaġġ jinkludu:
● Klieb li ilhom fit-tul għand l-Animal Welfare
● Klieb tal-breed bully b’kundizzjonijiet mediċi
● Klieb li għaddew minn trawma u għadhom mhux lesti għall-adozzjoni
● Klieb li huma lesti għall-adozzjoni iżda li jiġu injorati minħabba d-daqs jew il-breed tagħhom

Biex jiżguraw li l-klieb jivvjaġġaw b’mod sikur it-tim se jieħu rotta fuq l-art:

  1. Malta → Sqallija (ferry)
  2. Sqallija → Palermo → Genoa (ferry bil-lejl)
  3. Sewqan mill-Italja → l-Iżvizzera → Franza
  4. Franza → Irlanda (l-aħħar attraversament bil-ferry)

Il-klieb ser imorru fis-santwarju Our Rescues fl-Irlanda.

Din il-missjoni bħalissa hija self-funded.
L-appoġġ tal-pubbliku jkopri direttament:
● il-vjaġġ tal-ferry
fuel
● Passaporti tal-veterinarji u dokumentazzjoni
● Kaxex tal-ivvjaġġar, sodod u ikel
● Spejjeż mhux mistennija jew ta’ emerġenza

Kull donazzjoni tgħin biex dawn il-klieb jkollhom il-futur li jixrqilhom.

Jekk jogħġbok, agħti donazzjoni u aqsam 🙏

Our Rescues Malta VO/2385
Revolut: +356 99299394
BOV Mobile: +356 79569798
PayPal: PayPal.Me/ourrescuesmt

Donazzjonijiet bl-SMS:
€2.33 – 5061 7309
€4.66 – 5061 8104
€6.99 – 5061 8805
€11.65 – 5061 9276