Lokali

Tnejn minn kull ħamsa qed jitilqu wara li jkunu ħadu l-iskema tal-gym b’xejn

Tnejn minn kull ħamsa qed jieqfu milli jmorru wara li ngħataw l-iskema tal-gym b’xejn għal sitt xhur.

Il-ministeru tas-Sport u ż-Żgħażagħ sejjaħ l-inizjattiva “suċċess”, iżda ma ta l-ebda statistika dwar kemm qed imorru żgħażagħ il-gym. Minflok, semma biss ċifri minn gym wieħed: minn 292 żagħżugħ li applika hemmhekk, 175 marru aktar minn darbtejn — jiġifieri 40% marru darbtejn jew anqas.

Għadu mhux magħruf kemm il-bqija wżaw il-gym, peress li l-ministeru ma ta l-ebda dettalji oħra.

Il-pjan kien li tingħata membership b’xejn għal sitt xhur lil dawk imwielda bejn l-2005 u l-2007. Normalment din il-membership tiswa bejn €225 u €450. Il-Prim Ministru kien qal li l-miżura ġiet tiswa madwar €2 miljun u li 12,000 żagħżugħ kienu eliġibbli.